­




Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-kotba ppubblikati fl-2019.

Il-lista tal-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2020 tintgħażel minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u sservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li se jsir mill-11-15 ta’ Novembru f’Dar ilMediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

Minn total ta’ 182 sottomissjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 intgħażlu 68 ktieb finalist; 44 fid-disa’ kategoriji għall-kotba għall-adulti u 24 għall-Premju Terramaxka. Minn din is-sena, il-pubblikazzjonijiet ta’ poeżija qed jiġu kkunsidrati għal premji f’żewġ kategoriji distinti, għall-Poeżija bl-Ingliż u għall-Poeżija bil-Malti, li jikkorrispondu mal-lingwa li fiha nkitbu l-ġabriet.

Il-kategoriji għar-Riċerka Ġenerali u r-Riċerka Bijografika u Storjografika għandhom l-akbar numru ta’ kotba finalisti, bi ħdax-il titlu f’kull kategorija li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti tal-Melitensja. Il-kategorija tal-Premju Terramaxka għal Xogħlijiet Oriġinali għall-adolexxenti ta’ 13-16-il sena hija l-unika waħda li għaliha ma ntgħażlux kotba finalisti.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 u fis-16 ta’ Lulju l-aġġudikanti ressqu l-lista ta’ kotba finalisti. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, filwaqt li r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 jitħabbru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni aktar tard f’Diċembru.

Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt fuq https://staging-ktieb-staging.kinsta.cloud/

 

Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020: kotba ppubblikati fl-2019

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

 

Poeżija bil-Malti

 

Poeżija bl-Ingliż

 

Drama bil-Malti u bl-Ingliż

 

Letteratura Mhux Fittizja

 

Traduzzjoni

 

Riċerka ta’ Natura Ġenerali

 

Riċerka Bijografika u Storjografika

 

Il-finalisti tal-Premju Terramaxka 2020: kotba ppubblikati fl-2019

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)

Ma hemmx kotba finalisti f’din il-kategorija.

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)


    Share Article