
Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-kotba.. Din l-inizjattiva hija parti mill-viżjoni tal-Kunsill li jkollu rwol ta’ aġent kulturali fis-soċjetà. Dan ifisser li l-Kunsill isir kontributur proattiv u progressiv fl-iżvilupp kulturali, edukattiv u intellettwali tas-soċjetà. Ammonti żgħar ta’ flus jistgħu jagħmlu differenza kbira meta jintefqu fuq proġetti ta’ pubblikazzjoni f’suq żgħir, iżda b’saħħtu, bħal ma hu is-suq tal-ktieb Malti, speċjalment għal dawk il-proġetti bil-Malti li jkollhom sinjifikanza lokali u kulturali.
Il-KNK, fit-tentattiv tiegħu biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ġenerali tal-industrija tal-kotba Maltija, jistinka biex iwieżen lill-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi billi jiffinanzja proġetti bħala strateġija biex iqawwi l-kunfidenza ta’ dawn ħalli jidħlu għal proġetti u inizjattivi ġodda u jinkuraġġihom biex ma jwarrbux dal-proġetti minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi biss.
L-għan ewlieni tal-fond huwa li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ kwalità li għandhom valur kulturali, edukattivi u intellettwali għoli imma li, fil-kuntest tas-suq lokali, mhumiex meqjusa bħala kummerċjalment vijabbli u allura ma jiġux ippubblikati. Minn dis-sena l-fond jinkludi fih l-Għotjiet għat-Traduzzjoni li jilqgħu applikazzjonijiet għat-traduzzjoni ta’ kotba Maltin f’ilsna oħra, jew it-traduzzjoni ta’ xogħlijiet minn kwalunkwe lingwa għal dik Maltija..
Kull għotja tal-Fond Malti tal-Ktieb issegwi d-direzzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba. L-għotjiet jingħataw lil applikanti li jgħaddu minn fażi kompetittiva tal-aġġudikazzjoni b’suċċess.
L-għotjiet jingħataw wara proċess rigoruż ta’ evalwazjoni mill-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, li jasssigura li l-flus imorru għand dawk l-applikanti li jitqiesu li għandhom il-mezzi neċessarji biex jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Il-Fond Malti tal-Ktieb fl-2021 huwa ta’ €105,000. Kull għotja tista’ tkun iffinanzjata sa 100% tal-proġett propost, jew sa massimu ta’ €5,000.
Għotjiet għall-Pubblikazzjoni
L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni għandhom l-għan li jwieżnu l-pubblikazzjoni ta’ letteratura u/jew xogħlijiet ta’ riċerka ta’ kwalità.
L-Għotjiet għall-Pubblikazzjonijiet se jkunu miftuħa għal xogħlijiet ta’ finzjoni, letteratura mhux fittizja u xogħlijiet ta’ riċerka akkademika. Tingħata preferenza lil proġetti ambizzjużi li jkollhom valur kulturali għoli u relevanza għas-suq lokali mmirat, u partikularment jekk jaffaċċjaw sfidi ta’ vijabbiltà kummerċjali. Il-fondi jwieżnu applikazzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ finzjoni, fosthom rumanzi, poeżiji, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja jew rumanzi grafiċi, u anki kotba akkademiċi li jinkludu monografi, ġabriet editjati jew edizzjonijiet kritiċi. Kotba li jkun fihom biss xbihat jew tal-fotografija ma jgħoddux.
Għotjiet għat-Traduzzjoni
L-għan tal-Għotjiet għat-Traduzzjoni huwa li tiżdied il-viżibbiltà internazzjonali tax-xogħol kreattiv u l-kitba akkademika Maltija u li jkun ta’ sapport għat-tradutturi Maltin li jixtiequ jagħtu aċċess lill-pubbliku li jaqra bil-Malti għal xogħlijiet letterarji internazzjonali.
L-Għotjiet għat-Traduzzjoni jinqasmu f’żewġ kategoriji:
Kategorija 1 – Traduzzjoni ta’ kotba Maltin
Dil-kategorija tista’ tiffinanzja applikazzjonijiet għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ xogħlijiet Maltin (ippubblikati bil-Malti jew bl-Ingliż f’Malta, u li jkollhom ISBN Malti) f’kull ilsien ieħor, b’allokazzjoni baġitarja totali ta’ €40,000..
Kategorija 2 – Traduzzjonijiet għall-Malti
Dil-kategorija tista’ tiffinanzja applikazzjonijiet għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ xogħlijiet fil-Malti li oriġinarjament kienu ppubblikati f’kull lingwa oħra. L-allokazzjoni baġitarja totali hi ta’ €15,000..
Iż-żewġ kategoriji jirrigwardjaw it-traduzzjoni ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ letteratura (finzjoni, poeżija, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja u rumanzi grafiċi) u xogħolijiet ta’ riċerka.
Kif tapplika
L-applianti interessati mħeġġa jaqraw bir-reqqa l-linji-gwida u r-regoli tal-għotjiet rispettivi biex jiksbu informazzjoni dwar eliġibbiltà u l-proċess tal-evalwazzjoni qabel ma japplikaw.
Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, l-applikazzjonijiet tal-Fond Malti tal-Ktieb iridu jiġu printjati, ififrmati, skennjati u mibgħuta b’imejl lil michael.mercieca@gov.mt b’dat-titlu: Il-Fond Malti tal-Ktieb 2020 – applikazzjoni [U ISEM L-APPLIKANT].
L-applikazzjoni stampata u ffirmata trid imbagħad tintbagħat bil-posta lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’dan l-indirizz:
Il-Fond Malti tal-Ktieb 2020 – il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb,
L-ewwel sular, il-Librerija Ċentrali Pubblika,
Triq Prof. Joseph J. Mangion,
Il-Furjana, FRN1800
L-għeluq għas-sottomissjonijiet tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għalqet it-Tlieta 30 ta’ Ġunju 2020 f’nofsinhar..
X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek?
It-tħabbir tar-riżultati
L-ordni tal-klassifikazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi titħabbar sa 4 ġimgħat wara l-għeluq tas-sottomissjonijiet.
L-implimentazzjoni tal-proġett
Jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun approvata u tingħata l-fondi, tintalab tiffirma kuntratt li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-fond, u tirċievi 50% tal-fondi li ġew allokati għall-proġett. Meta jitlesta l-proġett il-bqija tas-somma tingħata meta l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb japprova r-rapport finali, is-sottomissjoni ta’ żewġ kopji tal-pubblikazzjoni, u s-sottomissjoni tal-fatturi u l-irċevuti finali.
Ikkuntatjana
Jekk għandek xi diffikultà jew xi mistoqsijiet dwar il-fond, ibgħat imejl fuq simona.cassano@ktieb.org.mt.Tista’ anki ċċempel fuq +356 99968511 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00hrs u l-16:00hrs.
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb - Fetħu l-Applikazzjonijiet
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2018
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb
- Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb
- Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb
- Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Fondi għat-Traduzzjoni
- IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2017
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- Konferenza InTranslation
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Ħarġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- Tnedija tal-Fond Malti tal-Ktieb - 12/05/2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi
Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-kotba. Din l-inizjattiva hija parti millmissjoni tal-KNK biex ikollna rwol ewlieni bħala aġenti kulturali, u allura nkunu kontributur proattiv u progressiv għall-iżvilupp kulturali, edukattiv u intellettwali tas-soċjetà. Ammonti żgħar ta’ fondi jistgħu jagħmlu differenza sostanzjali għal proġetti ta’ pubblikazzjoni immirati għas-suq tal-kotba żgħir imma b’saħħtu li għandna Malta, speċjalment għal dawk il-proġetti bil-Malti li jkollhom sinjifikanza lokali u kulturali.
Is-sejħa għall-Fond Malti tal-Ktieb 2022 tiftaħ bejn id-19 t’April u t-30 ta’ Ġunju 2022.
Il-KNK, fit-tentattiv tiegħu biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ġenerali tal-industrija tal-kotba Maltija, jistinka biex iwieżen lill-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi billi jiffinanzja proġetti bħala strateġija biex iqawwi l-kunfidenza ta’ dawn ħalli jidħlu għal proġetti u inizjattivi ġodda u jinkuraġġihom biex ma jwarrbux dal-proġetti minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi biss.
L-għan ewlieni tal-fond huwa li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ kwalità li għandhom valur kulturali, edukattivi u intellettwali għoli imma li, fil-kuntest tas-suq lokali, mhumiex meqjusa bħala kummerċjalment vijabbli u allura ma jiġux ippubblikati. Minn dis-sena l-fond jinkludi fih l-Għotjiet għat-Traduzzjoni li jilqgħu applikazzjonijiet għat-traduzzjoni ta’ kotba Maltin f’ilsna oħra, jew it-traduzzjoni ta’ xogħlijiet minn kwalunkwe lingwa għal dik Maltija.
Il-baġġit tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 huwa ta’ €120,000. Filwaqt li l-Fond għad għandu ż-żewġ kategoriji ewlenin ta’ għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għat-traduzzjoni, dis-sena qedgħin jiżdiedu żewġ għotjiet oħra – waħda għat-traduzzjoni ta’ silta minn ktieb bħala pitch u oħra għall-edizzjonijiet ġodda ta’ kotba mhux fl-istampa.
Il-KNK qiegħed jirċievi l-applikazzjonijiet għal erba’ tipi ta’ għotjiet: Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda; Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa; Għotjiet għat-Traduzzjoni (maqsuma fiż-żewġ kategoriji: Traduzzjoni ta’ kotba Maltin u Traduzzjoni għall-Malti); u Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch.
Kull għotja tista’ tkun iffinanzjata sa 100% tal-proġett propost, jew sa massimu ta’ €5,000, minbarra l-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch li jistgħu jirċievi sa massimu ta’ €500 allokat għal kull proġett rebbieħ. L-għotjiet jingħataw wara proċess rigoruż ta’ evalwazjoni mill-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, li jasssigura li l-flus imorru għand dawk l-applikanti li jitqiesu li għandhom il-mezzi neċessarji biex jagħmlu l-aħjar użu minnhom.


Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda
Is-somma annwali allokata għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda hija ta’ €50,000. L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda għandhom l-għan li jwieżnu l-pubblikazzjoni ta’ letteratura u/jew xogħlijiet ta’ riċerka ta’ kwalità.
L-Għotjiet għall-Pubblikazzjonijiet ta’ Kotba Ġodda se jkunu miftuħa għal xogħlijiet ta’ finzjoni, letteratura mhux fittizja u xogħlijiet ta’ riċerka akkademika. Tingħata preferenza lil proġetti ambizzjużi li jkollhom valur kulturali għoli u relevanza għas-suq lokali mmirat, u partikularment jekk jaffaċċjaw sfidi ta’ vijabbiltà kummerċjali. Il-fondi jwieżnu applikazzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ finzjoni, fosthom rumanzi, poeżiji, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja jew rumanzi grafiċi, u anki kotba akkademiċi li jinkludu monografi, ġabriet editjati jew edizzjonijiet kritiċi.
Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa
Is-somma annwali allokata għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda hija ta’ €10,000. L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) biex jinkuraġixxi l-pubblikazzjoni ta’ kotba fis-suq lokali billi jissussidja l-pubblikazzjoni ta’ kotba tal-Melitensia. Dil-fergħa timmira li tnaqqas jew telimina d-defiċit li jeżisti bejn il-ħtieġa li jinqraw il-klassiċi u kotba ta’ importanza kulturali, edukattiva u intellettwali konsiderevoli u n-nuqqas tagħhom mill-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba f’Malta. Għalhekk dal-fond jissussidja speċifikament dawn it-tip ta’ kotba li llum m’għadekx issibhom mitbugħa.
Dawn il-fondi jwieżnu applikazzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ edizzjonijiet ġodda ta’ kotba li ilhom għoxrin (20) sena jew aktar mill-Fond inkwistjoni mhux fl-istampa. L-applikanti jistgħu japplikaw għal dawn it-tipi ta’ kotba mhux fl-istampa, li sintendi jkollhom ISBN: letteratura (finzjoni, poeżija, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja u rumanzi grafiċi); xogħol ta’ riċerka, li jinkludu kotba akkademiċi (monografi, ġabriet editjati, edzzjonijiet kritiċi, katalgi rriċerkati ta’ eżebizzjoni li jkunu jinkludu materjal analitiku frott ir-riċerka).
Barra minn hekk, u f’kuntrast ma’ ristampa normali ta’ ktieb, edizzjoni ġdida jrid ikollha minn tal-inqas karatteristika minn dawn:
- – bidliet sostanzjali fil-format jew fil-legatura;
- – bidliet sistanzjali ta’ mill-inqas 25% mill-kontenut oriġinali jew minn tal-inqas 10% tal-kontenut ġdid;
- – jewbidliet sostanzjali fl-illustrazzjonijiet, barra mill-qoxra.
Fl-edizzjoni l-ġdida jrid ikun hemm aktar minn 50% tal-kontenut meħud mill-edizzjoni preċedenti. Huwa kruċjali li d-detentur tad-drittijiet tal-edizzjoni preċedenti jkun identifikat u ssirlu komunikazzjoni bil-proġett.
Għotjiet għat-Traduzzjoni
L-għan tal-Għotjiet għat-Traduzzjoni huwa li tiżdied il-viżibbiltà internazzjonali tax-xogħol kreattiv u l-kitba akkademika Maltija u li jkun ta’ sapport għat-tradutturi Maltin li jixtiequ jagħtu aċċess lill-pubbliku li jaqra bil-Malti għal xogħlijiet letterarji internazzjonali. L-Għotjiet għat-Traduzzjoni jinqasmu f’żewġ kategoriji:
Kategorija 1
Traduzzjoni ta’ kotba Maltin
Dil-kategorija tista’ tiffinanzja applikazzjonijiet għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ xogħlijiet Maltin (ippubblikati bil-Malti jew bl-Ingliż f’Malta, u li jkollhom ISBN Malti) f’kull ilsien ieħor, b’allokazzjoni baġitarja totali ta’ €40,000.
Kategorija 2
Traduzzjonijiet għall-Malti
Dil-kategorija tista’ tiffinanzja applikazzjonijiet għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ xogħlijiet fil-Malti li oriġinarjament kienu ppubblikati f’kull lingwa oħra.L-allokazzjoni baġitarja totali hi ta’ €15,000.
Iż-żewġ kategoriji jirrigwardjaw it-traduzzjoni ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ letteratura (finzjoni, poeżija, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja u rumanzi grafiċi) u xogħolijiet ta’ riċerka.
L-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch
L-Għotjiet għat-Traduzzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) biex jixpruna l-esportazzjoni u d-disseminazzjoni internazzjonali ta’ pubblikazzjonijiet Maltin, u biex jesponi x-xenarju letterarju lokali għal xogħlijiet li għadhom ma nqalbux għall-Malti. L-inizjattiva twieżen lil tradutturi letterarji fl-iżvilupp tagħhom bħala promoturi tal-letteratura internazzjonali billi tgħinhom jużaw siltiet tradotti sabiex jattiraw lill-pubblikaturi.
Il-baġit annwali allokat huwa €5,000, għal massimu ta’ €500 għal kull silta tradotta minn ktieb. Dal-fond qiegħed għat-traduzzjoni ta’ dat-tipi ta’ xogħlijiet oriġinali: letteratura (finzjoni, poeżija, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja u rumanzi grafiċi); xogħol ta’ riċerka, li jinkludu kotba akkademiċi (monografi, ġabriet editjati, edizzjonijiet kritiċi, katalgi rriċerkati ta’ eżebizzjonijiet li jkunu jinkludu materjal analitiku frott ir-riċerka). Ix-xogħol oriġinali jrid ikun diġà ġie ppubblikat u jrid ikun identifikat minn ISBN. L-applikant irid jiżgura li d-detentur tad-drittijiet ikun identifikabbli fil-pakkett tal-applikazzjoni, billi jiddokumenta r-riżultat tar-riċerka għad-detentur tad-drittijiet tal-ktieb oriġinali.
L-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch tal-Fond Malti tal-Ktieb iwieżnu applikazzjonijiet għat-traduzzjoni ta’ silta bħala pitch minn:
- – xogħlijiet Maltin ippubblikati f’Malta bil-Malti jew bl-Ingliż u b’ISBN Malti, fi kwalunkwe lingwa oħra;
- – xogħlijiet oriġinarjament ippublikati fi kwalunkwe lingwa oħra, lejn il-Malti;
- – xogħlijiet oriġinarjament ippubblikati fi kwalunkwe lingwa oħra bil-ħsieb li s-silta tradotta tintuża bħala traduzzjoni pont bl-Ingliż
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tagħlaq il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2022 f’nofsinhar.
Kif tapplika
L-applianti interessati mħeġġa jaqraw bir-reqqa l-linji-gwida u r-regoli tal-għotjiet rispettivi biex jiksbu informazzjoni dwar eliġibbiltà u l-proċess tal-evalwazzjoni qabel ma japplikaw.
L-applikazzjonijiet tal-Fond Malti tal-Ktieb iridu jiġu printjati, ififrmati, skennjati u mibgħuta b’imejl lil michael.mercieca@gov.mt b’dat-titlu: Il-Fond Malti tal-Ktieb 2022 – applikazzjoni [U ISEM L-APPLIKANT].
Erba’ kopji ipprintjati u ffirmati tal-applikazzjoni kompluta (li tinkludi d-dokumenti meħtieġa kollha), għandhom xorta jintbagħtu bil-posta lill-uffiċini tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mhux aktar tard mid-data tal-għeluq speċifikata (id-data tat-timbru tal-posta sservi bħala prova)
- Il-Fond Malti tal-Ktieb – il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
- Bice Mizzi Vassallo Complex
- Arnhem Road
- Pembroke PBK177
Ikkuntatjana
Jekk għandek xi diffikultà jew xi mistoqsijiet dwar il-fond, ibgħat email fuq matthew.borg@ktieb.org.mt
Tista’ anki ċċempel fuq +356 27131574 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00hrs u l-16:00hrs.
X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek?
It-tħabbir tar-riżultati
L-ordni tal-klassifikazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi titħabbar sa 8 (tmien) ġimgħat wara l-għeluq tas-sottomissjonijiet.
L-implimentazzjoni tal-proġett
Jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun approvata u tingħata l-fondi, tintalab tiffirma kuntratt li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-fond, u tirċievi 50% tal-fondi li ġew allokati għall-proġett. Meta jitlesta l-proġett il-bqija tas-somma tingħata meta l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb japprova r-rapport finali, is-sottomissjoni ta’ żewġ kopji tal-pubblikazzjoni, u s-sottomissjoni tal-fatturi u l-irċevuti finali.